Aqbeż għall-kontentut

Derivata

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Fil-Matematika id-derivata ta' funzjoni hija, mal-integral, waħda mill-kolonni tal-analisi matematika u tal-kalkulu infiniteżmali.

Nistgħu nifhmu b'mod sempliċi x'inhi d-derivata jekk inħarsu lejn it-tifsira ġometrika tagħha: ġometrikament id-derivata ta' funzjoni f f' punt x0 hija l-kejl tal-pendil tal-linja dritta tanġenti mal-kurva rappreżentata mill-grafiku tal-funzjoni fil-punt (x0,f(x0)), jiġifieri, it-tanġent trigonometriku tal-angolu bejn il-linja dritta tanġenti u l-assi orizzontali.

Fil-każ ta' funzjonijiet ta' varjabbli waħda, derivabbli fid-dominju kollu tagħhom, jew almenu f'intervall ta' dan, b'operazzjonijiet alġebrin niksbu funzjoni ġdida li tirrappreżenta d-derivata mal-varjazzjoni ta' x. Din hi li nfissru s-soltu meta nitħaddtu ġenerikament fuq id-derivata ta' funzjoni, għax hi unika apparti mis-sinjal, li jiddipendi mid-direzzjoni li nkunu qed nikkonsidraw fid-derivazzjoni ('l quddiem jew lura).

Fil-każ ta' funzjonijiet ta' aktar varjabbli indipendenti din l-uniċità tintilef, għaliex in-numru ta' direzzjonijiet li fihom nistgħu nikkalkulaw ir-rapport inkrementali ma jibqgħax iżjed tnejn imma jsir infinit: ma jibqgħax possibli li niddefinixxu funzjoni waħda tal-istess varjabbli indipendenti li tagħti r-rapporti inkrementali kollha possibbli tal-funzjoni. Għalhekk neħtieġu d-derivati parzjali tal-funzjoni, li meta nikkombinawhom linjarment jagħtuna r-rapport inkrementali tal-funzjoni f'kull direzzjoni li rridu.

Definizzjoni u notazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-analisi matematika d-derivata ta' funzjoni reali ta' varjabbli reali f fil-punt x0 hi definita bħala l-limitu tar-rapport inkrementali meta l-inkrement h jersaq lejn 0, taħt l-ipoteżi li dak il-limitu jeżisti u hu finit.

Iżjed preċiż, jekk ikollna funzjoni f definita f'inħawija ta' x0 ngħidu li hi derivabbli fil-punt x0 jekk jeżisti u hu finit dan il-limitu:

limh→0f(x0+h)−f(x0)h

Il-valur ta' dan il-limitu, indikat normalment b'f′(x0), ngħidulu d- derivata tal-funzjoni fil-punt x0. Jekk il-funzjoni f hi derivabbli f'kull punt tal-intervall (a,b), ngħidu li hi derivabbli f'(a,b), u l- funzjoni f′ li tassoċja ma' kull punt x id-derivata ta' f f' x, insejħulha l-funzjoni derivata ta' f.

Id-derivata fil-punt x0 nistgħu nindikawaha b'wieħed minn dawn is-simboli:

  • f′(x0), skont in-notazzjoni ta' Lagrange.
  • D⁡[f(x0)], skont in-notazzjoni ta' Cauchy.
  • d⁡f(x0)d⁡x, skont in-notazzjoni ta' Leibniz: l-ewwel li dehret storikament hi (d⁡fd⁡x)(x0), .
  • f˙(x0), skont in-notazzjoni ta' Newton.

Derivata mill-lemin u mix-xellug

[immodifika | immodifika s-sors]

Jissejjaħ derivata mill-lemin ta' f f'x0 il-limitu:

limh→0+f(x0+h)−f(x0)h

Jissejjaħ derivata mix-xellug ta' f f'x0 il-limitu:

limh→0−f(x0+h)−f(x0)h

Funzjoni hi derivabbli f'x jekk u biss jekk id-derivati mill-lemin u mix-xellug jeżistu u għandhom l-istess valur.

Permezz tad-derivati mill-lemin u mix-xellug nistgħu niddefinixxu d-derivabbiltà fuq intervall mhux miftuħ: pereżempju jekk f hi definita f'l-intervall magħluq [a,b], ngħidu li f hi derivabbli f'[a,b] jekk hi derivabbli f'kull punt intern x ta' (a,b), u jekk jeżistu d-derivati mill-lemin u mix-xellug rispettivament fit-truf x=a u x=b.

Tifsira ġometrika tad-derivata

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-linja dritta ħamra hi t-tanġent mal-funzjoni f(x) fil-punt x0

Il-valur tad-derivata ta' f ikkalkulat f'x0 għandu sinjifikat ġometriku: dan hu l-koeffiċjent angulari tal-linja dritta tanġenti mal-kurva rappreżentata mill-grafiku ta' f, fil-punt bil-koordinati (x0,f(x0)).

Fi kiem ieħor, id-derivata hi l-valur tat-tanġent trigonometriku tal-angolu li l-linja dritta tanġenti mal-kurva fil-punt (x0,f(x0)) tifforma mal-assi tal-axissi.

L-ekwazzjoni tal-linja dritta tanġenti f'x0 hija:

y=f(x0)+f′(x0)(x−x0).

Iżjed preċiż, jekk f hi derivabbli fil-punt x0, teżisti funzjoni o(x−x0) definita f'inħawija ta' x0 tali li:

f(x)=f(x0)+f′(x0)(x−x0)+o(x−x0)

fejn

limx→x0o(x−x0)x−x0=0.

Ngħidu li o(x−x0) hu infiniteżmu ta' ordni ogħla mill-funzjoni x−x0. B'din irridu nesprimu l-idea li t-termini o(x−x0) jagħti kontribut li nistgħu nittraskurawh jew inħalluh barra kkomparat mat-termini l-oħra meta nersqu lejn x0.


Niddefinixxu o(x−x0) b'l-istess dominju ta' f, bħala:

o(x−x0)=f(x)−f(x0)−f′(x0)(x−x0)

u nivverifikaw li:

limx→x0o(x−x0)x−x0=limx→x0(f(x)−f(x0)x−x0−f′(x0)).   (1)

Niftakru li għal :x→x0 għandna :x−x0→0 mela :h=x−x0.

Meta nissostitwixxu din l-aħħar ugwaljanza f'(1) ikollna:

limh→0f(x0+h)−f(x0)h−f′(x0)=0

u nikkonfermaw it-teżi.

Teorema tal-kontinwità

[immodifika | immodifika s-sors]
Teorema: Teorema tal-kontinwità

It-teorema jgħid li jekk f tkun derivabbli f'x0 imbagħad tkun ukoll kontinwa f'x0.

Inwiddbu li l-kuntrarju mhux dejjem veru: pereżempju, il-funzjoni f(x)=|x| hi kontinwa fuq id-dominju kollu, imma mhux derivabbli fil-punt x=0, għaliex id-derivata tal-lemin mhux l-istess bħal tax-xellug.

Prova tat-Teorema:

Il-prova tiġi mill-ugwaljanza ta' qabel:

f(x)=f(x0)+f′(x0)(x−x0)+o(x−x0)

minn fejn niksbu:

limx→x0f(x)=limx→x0(f(x0)+f′(x0)(x−x0)+o(x−x0)=f(x0)).

Għalhekk il-funzjoni hi kontinwa f'x0.

Funzjonijiet mhux derivabbli

[immodifika | immodifika s-sors]

Funzjoni kontinwa tista' tkun non-derivabbli. Fost il-fenomeni li jistgħu iġegħlu ‘l-funzjoni ma tkunx kontinwa, hemm dawn li ġejjin:

Jeżistu wkoll funzjonijiet kontinwi li jieħdu forom iżjed komplessi ta' non-derivabbiltà, pereżempju l-funzjoni ta' Cantor.

L-n-il Derivata

[immodifika | immodifika s-sors]

L-"n -il derivata", f(n), ta' funzjoni f hi l-funzjoni li niksbu meta nidderivaw il-funzjoni n darbiet waħda wara l-oħra. Għalhekk ngħidu it-tieni derivata, it-tielet derivata, il-ħmistax-il derivata etc... u nużaw din in-notazzjoni:

f″=f(2)=d2fdx2,
f‴=f(3)=d3fdx3,,
...
f(n)=dnfdxn

Funzjoni li hi derivabbli mhux bilfors hi derivabbli n-il darba: Pereżempju din il- funzjoni għandha l-ewwel derivata imma m'għandhiex it-tieni:

f(x)=x|x|.

Infatti id-derivata ta' f hi f′(x)=2|x|, li minn naħa tagħha mhijiex derivabbli.

Hawn taħt nagħtu xi ftit teoremi u riżultati importanti.

Teorema: Teorema ta' Fermat

Jekk il-funzjoni f tkun derivabbli, u allura kontinwa, f'punt x0 fl-intern tad-dominju ta' f li jkun punt massimu jew minimu tal-funzjoni, imbagħad id-derivata tal-funzjoni f' x0 tkun nulla, jiġifieri f′(x0)=0.

Dan it-teorema jintuża ħafna fi tfittxija ta' punti ta' massimu jew ta' minimu fejn il-funzjoni derivata hi nulla. Kull punt x fejn f′(x) hi żero ngħidulu punt stazzjonarju. Allura il-punti ta' massimu u ta' minimu huma stazzjonarji.

Osservazzjonijiet:

  • hu neċessarju li x0 tkun punt ġewwieni tad-dominju
  • il-funzjoni trid tkun derivabbli fil-punt x0, inkella t-teorema ma jagħmilx sens.

Prova:
Biex niffissaw l-idejat, ejjew nissoponu li x0 hu punt ta' massimu u għalhekk f(x0) hu valur massimu tal-funzjoni f' (a,b); il-prova hija l-istess fil-każ li x0 jkun punt ta' minimu għal f.
Inħarsu lejn ir-rapport inkrementali: f(x)−f(x0)x−x0.
In-numeratur f(x)−f(x0)≤0 ∀x∈(a,b) għaliex, bl-ipoteżi, x0 hu punt ta' massimu u għalhekk f(x0)≥f(x) ∀x∈(a,b).

Mela nistgħu ngħidu li :

  • f(x)−f(x0)x−x0≥0 jekk x<x0, għax in-numeratur hu dejjem negattiv jew null u d-denominatur hu dejjem negattiv;
  • f(x)−f(x0)x−x0≤0 jekk x>x0, għax in-numeratur hu dejjem negattiv jew null u d-denominatur hu dejjem pożittiv.

Isegwi, bit-teorema tal-permanenza tas-sinjal li:

  • f′(x0−)=limx→x0−f(x)−f(x0)x−x0≥0,
  • f′(x0+)=limx→x0+f(x)−f(x0)x−x0≤0.

Imma bl-ipoteżi, il-funzjoni f hi derivabbli f' x0 u għalhekk il-limitu tar-rapport inkrementali f'x0 jeżisti u hu finit. Allura jrid ikun fl-istess ħin ≤0 u ≥0, u mela hu null, kif ridna nuru.

Teorema ta' Rolle

[immodifika | immodifika s-sors]
Teorema: Teorema ta' Rolle
Ħalli f tkun funzjoni kontinwa fl-intervall magħluq [a,b] u derivabbli fl-intervall miftuħ (a,b). Jekk f(a)=f(b),imbagħad jeżisti punt x0 ġewwa l-intervall miftuħ (a,b) fejn l-ewwel derivata tkun nulla, f′(x0)=0.
Teorema: Teorema ta' Lagrange

Ħalli f tkun funzjoni kontinwa f' [a,b] u derivabbli f' (a,b), imbagħad jeżisti mill-inqas punt wieħed x0 ġewwa (a,b) li għalih:

f′(x0)=f(b)−f(a)b−a.

Il-teorema jgħid li jeżisti mill-inqas punt wieħed tal-grafiku tal-funzjoni, (x0,f(x0)), fejn il-linja dritta tanġenti għandha koeffiċjent angulari daqs dak tal-korda dritta li tgħaddi mill-punti (a,f(a)) u (b,f(b)).

Dan it-teorema hu ġeneralizzazzjoni ta' dak ta qabel fis-sens li jħares lejn il-każ fejn f(a) hi differenti minn f(b); jekk f(a) hi daqs f(b) nerġgħu niksbu it-Teorema ta' Rolle.

Teorema: Teorema ta' Cauchy
Ħalli f u g jkunu funzjonijiet kontinwi f' [a,b] u derivabili f' (a,b) u g(x) differenti minn 0 għal kull punt tal-intervall, imbagħad jeżisti mill-inqas punt wieħed x0 li qiegħed f' (a,b) li għalih:

f′(x0)g′(x0)=f(b)−f(a)g(b)−g(a).

Jekk inpoġġu g(x)=x, niksbu mill-ġdid it-teorema ta' Lagrange.

Teorema żdieda-tinqis

[immodifika | immodifika s-sors]
Teorema: Teorema żdieda-tinqis

Jekk f tkun kontinwa f' [a,b] u derivabbli f' (a,b), imbagħad :

  • ∀x∈(a,b) f′(x)≥0 jekk u biss jekk il-funzjoni tiżdied f' (a,b),
  • ∀x∈(a,b) f′(x)≤0 jekk u biss jekk il-funzjoni tonqos f' (a,b).

Jista' jkun li l-funzjoni ma tiżdidx (jew ma tonqosx) strettament. It-teorema hi konsegwenza diretta tat-teorema ta' Lagrange.

Għandna wkoll:.

  • Jekk ∀x∈(a,b) f′(x)>0, il-funzjoni tiżdied strettament f' (a,b)
  • Jekk ∀x∈(a,b) f′(x)<0, il-funzjoni tonqos strettament f' (a,b)

Funzjoni li tiżdied strettament mhux bilfors ikollha derivata kullimkien posittiva. Pereżempju

f(x)=x3

hi tiżdied strettament, imma għandha derivata nulla fl-oriġini (fejn hemm punt ta' fless).

Teorema tal-funzjoni kostanti

[immodifika | immodifika s-sors]
Teorema: Teorema tal-funzjoni kostanti

Funzjoni hi kostanti fl-intervall [a,b] jekk u biss jekk hi derivabbli u d-derivata hi kullimkien nulla fl-intervall.

Derivata ta' funzjonijiet vettorjali

[immodifika | immodifika s-sors]

Funzjoni vettorjali ngħidulha derivabbli fil-punt  x jekk jeżisti u hu finit il-limitu

𝐟′(x)=limh→0𝐟(x+h)−𝐟(x)h.

Billi l-argument tal-limitu hu vettur, ir-riżultat hu wkoll vettur. Infatti d-derivata ta'  f hi l-vettur magħmul mid-derivati tal-komponenti tagħha:

𝐟′(x)=(f'1(x),f'2(x),...,f'n(x)).

Derivabbiltà f' ℝn

[immodifika | immodifika s-sors]

Funzjoni f ngħidulha derivabbli f' ℝn jekk jeżistu u huma finiti d-derivati parzjali tagħha kollha.

Ħalli f:[a,b]→ℝ tkun derivabbli. Ngħidu li l-funzjoni  f hi:

  • konvessa f'  [a,b] jekk ∀x0∈[a,b] il-grafiku tal-funzjoni f'  [a,b] jibqa' dejjem taħt il-linja dritta tanġenti fil-punt  (x0,f(x0)).

Bis-simboli:

f(x)≥f(x0)+f′(x)(x−x0) ∀x,x0∈[a,b].

  • konkava f'  [a,b] jekk ∀x0∈[a,b] il-grafiku tal-funzjoni f'  [a,b] jibqa' dejjem 'l fuq mill-linja dritta tanġenti fil-punt  (x0,f(x0)).

Bis-simboli:

f(x)≤f(x0)+f′(x)(x−x0) ∀x,x0∈[a,b].

Derivata ta' serje ta' potenzi

[immodifika | immodifika s-sors]

Funzjoni li nistgħu niktbuha bħala serje ta' potenzi f(x)=∑n=1∞anxn b' raġġ ta' konvergenza  r, hi derivabbli fuq l-intervall (−r,r) kollu. Id-derivata nistgħu nikkalkulawha billi nidderivaw is-serje terminu terminu b'dan il-mod:

f′(x)=∑n=1∞nanxn−1

Dan it-tip ta' derivata hu importanti għall-iżvilupp ta' Taylor u McLaurin.

Derivata formali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-teorija taċ-ċrieki nintroduċu l-idea ta' derivata formali bħala l-operatur ∂ li jissodisfa:

Pereżempju bħala applikazzjoni hemm id-derivata formali ta' polinomju, sfruttata, fost postijiet oħra, fil-ġometrija alġebrija.