Aqbeż għall-kontentut

Joe Friggieri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joe Friggieri

Joe Friggieri
Ħajja
Twelid Ħal Lija, 20 Marzu 1946 (80 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Konjuga/i Teresa Friggieri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Università ta’ Milan
Università ta' Oxford
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni professur
kittieb
filosofu
Impjegaturi Università ta' Malta
Premjijiet

Joe Friggieri Joe Friggieri (imwieled fl-20 ta' Marzu 1946 f'Lija) huwa filosfu, poeta, drammaturgu, direttur teatrali u kittieb Malti. Huwa professur tal-filosofija fl-Università ta' Malta u awtur ta' xogħlijiet akkademiċi, ġabriet ta' novelli, poeżija u drammi. Fost il-kontributi tiegħu hemm In-Nisġa tal-Ħsieb, xogħol f'diversi volumi li jittratta l-istorja tal-filosofija bil-Malti.[1]

Ħajja u edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Friggieri twieled f'Lija fl-1946. Studja fil-Liċeo u fl-Università ta' Malta, fejn iggradwa fil-filosofija, fit-Taljan u fl-Ingliż. Kompla l-istudji tiegħu fil-filosofija u kiseb dottorati mill-Università Kattolika ta' Milan u mill-Università ta' Oxford. Ir-riċerka tiegħu tinkludi l-filosofija tal-lingwa, l-estetika, il-filosofija tal-moħħ u l-istorja tal-filosofija.[2]

Fl-1996, Friggieri laħaq professur tal-filosofija fl-Università ta' Malta wara l-irtirar ta' Peter Serracino Inglott. Kien l-ewwel professur tal-filosofija fil-fakultà li ma kienx qassis Kattoliku.[1]

Matul il-karriera akkademika tiegħu, Friggieri kien studjuż mistieden u lettur f'diversi universitajiet barranin, fosthom dawk ta' Venezja, Amsterdam, St Andrews, Augsburg, Ġenova u Ruma.[3]

Kitba filosofika

[immodifika | immodifika s-sors]

Friggieri kkontribwixxa għall-iżvilupp tal-kitba filosofika bil-Malti. Ix-xogħol ewlieni tiegħu f'dan il-qasam huwa In-Nisġa tal-Ħsieb, storja tal-filosofija bil-Malti ppubblikata f'diversi volumi. Kiteb ukoll żewġ kotba dwar il-filosfu Ingliż J. L. Austin u ġabar għażla mill-kitbiet filosofiċi tiegħu f'Selected Philosophical Essays. Fost ix-xogħlijiet tiegħu hemm ukoll Miti Platoniċi.[4]

Il-kitba tiegħu tgħaqqad l-istudju tal-filosofija ma' interessi fil-lingwa, fl-arti u fil-ħsieb politiku. Minbarra l-pubblikazzjonijiet tiegħu, ikkontribwixxa f'kotba u f'rivisti akkademiċi Maltin u barranin.[5]

Premjijiet u rikonoxximenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Friggieri rebaħ il-Premju Letterarju Nazzjonali f'ħames okkażjonijiet: fl-1993, fl-1999, fl-2003, fl-2008 u fl-2013. Waqt li fl-edizzjoni tal-2026 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Joe Friggieri ngħata l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura.[6] Fl-2007 ingħata l-Premju Francis Ebejer għall-aħjar dramm oriġinali u produzzjoni għal Caravaggio: L-Inkjesta. [7]

F'Diċembru tal-2008 ingħata l-ġieħ ta' Membru tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika ta' Malta bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-ħajja kulturali tal-pajjiż. [8]

  1. 1 2 "Prof. Joe Friggieri". Università ta' Malta.
  2. ↑ "Diary by Prof Joe FRIGGIERI: Time, memory and Plato".
  3. ↑ "FPM | Podcasts | Joe Friggieri". www.patrimonju.org (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-12.
  4. ↑ Contributors (2021-04-18). "Stories of spontaneity and unpredictability". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-12.
  5. ↑ Malta, L.-Università ta'. "Prof. Joe Friggieri". L-Università ta' Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-12.
  6. ↑ Release, Press (2026-10-01). "These are the winners of the 2026 National Book Prize awards". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-12.
  7. ↑ Malta, L.-Università ta'. "Prof. Joe Friggieri". L-Università ta' Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-12.
  8. ↑ "MaltaToday". archive.maltatoday.com.mt. Miġbur 2026-10-12.