Aqbeż għall-kontentut

John Buttigieg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
John Buttigieg
Informazzjoni personali
Twelid5 ta' Ottubru 1963 (1963-10-05) (63 sena)
Tas-Sliema, Malta
Tul1.83
RwolDifensur
Mixtliet
Sliema Wanderers
Karriera professjonali
SninKlabb
1981–1989Sliema Wanderers
1989–1991Brentford
1990→ Swindon Town (self)
1991–1999Floriana
1999–2002Valletta
Tim nazzjonali
1984–2000Malta
Timijiet ikkowċjati
2007–2009Birkirkara
2009–2011Malta
2016–2019Sliema Wanderers
2019Birkirkara
2020–2021Floriana

John Buttigieg (twieled fil-5 ta' Ottubru 1963) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala difensur.

Matul il-karriera tiegħu, Buttigieg lagħab ma' Sliema Wanderers, Brentford u Swindon Town fl-Ingilterra, Floriana u Valletta.

Sussegwentement sar kowċ fejn beda jħarreġ lit-tfal ta' sitt snin fl-iskola ta' Carmel Busuttil. F'Marzu tal-2007, huwa ngħaqad ma' Birkirkara bħala kowċ tal-ewwel tim,[1] u magħhom rebaħ it-Tazza Maltija tal-2008.

F'Lulju tal-2009, Buttigieg inħatar bħala kowċ għat-tim nazzjonali ta' Malta, wara li Dusan Fitzel kienet sfurzat biex jirriżenja minħabba problemi ta' saħħa, ħames xhur qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu. Flimkien ma' Carmel Busuttil bħala assistent, it-tnejn 'il huma iffirmaw kuntratt ta' ħames snin mal-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Malta.[2] F'Ġunju tas-sena ta' wara huwa ngħata liċenzja tal-ikkowċjar professjonali mill-UEFA mill-iskola ta' Coverciano, fl-Italja.[3]

F'Ottubru tal-2011 Buttigieg tneħħa minn kowċ ta' Malta wara biss żewġ rebħiet f'21 logħba, it-tnejn f'logħbiet ta' ħbiberija, u punt wieħed mill-kwalifika tal-UEFA Euro 2012 kontra Ġeorġja.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Buttigieg lagħab 97 darba mat-tim nazzjonali Malti, bid-debutt tiegħu iseħħ fit-23 ta' Mejju 1984, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1986 kontra l-Iżvezja (telfa ta' 4–0).[5]

L-aħħar logħba tiegħu kienet fit-telfa minima ta' 2–1 kontra l-Ingilterra f'Ġunju tas-sena 2000.

  1. ↑ Camilleri, Valhmor (2008-07-31). "Buttigieg seeks improvement" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  2. ↑ Aquilina, Domenic (2009-07-21). "Malta heroes replace Fitzel at helm" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-24. Miġbur 2013-03-28.
  3. ↑ "Coverciano, si é concluso il master per allenatori di prima categoria" (bit-Taljan). Settore Tecnico FIGC. 2010-06-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2010-06-15.
  4. ↑ "Malta fires national coach John Buttigieg" (bl-Ingliż). ESPN. 2011-10-26.
  5. ↑ Logħbiet internazzjoni fuq RSSSF

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]